Ftit ilu Some time ago

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal FTIT ILU huwa segwenza ta’ żewġ sinjali. L-ewwel isir is-sinjal għal FTIT b’id waħda li tieħu l-forma ta‘ Q imma bil-pala tħares ’il barra u bis-swaba’ jippuntaw lejn il-ġenb. Imbagħad isir sinjal li jfisser ILU. Id waħda tieħu l-forma ta‘ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id tagħti xi żewġ skossi lura minn fuq l-ispalla.

The sign for SOME TIME AGO is a sequence of two signs. The sign for LITTLE is made first with one hand in the shape of Q but with the palm facing outwards and the fingers pointing towards the side. Then the sign for AGO is made with one hand in the shape of 5 with the palm facing inwards. The hand moves jolts back over the shoulder twice.